San Ġiljan
Il-lokalità ta’ San Ġiljan, li bħal Tas-Sliema, tinsab mal-kosta, hija magħrufa l-aktar għall-qasam turistiku. Fil-fatt f’din il-lokalità, hemm għadd kbir ta’ lukandi u negozji mmirati l-aktar biex jolqtu t-turisti li jigu jżuru lil pajjiżna. Lokalità li tifforma parti minn San Ġiljan u li bla dubju ta’ xejn, tigbed eluf ta’ żgħażagħ lejha kull tmiem il-ġimgħa hija Paceville.
Sa qabel l-1800, San Ġiljan kien jikkonsisti biss fil-Palazz ta’ Spinola, il-knisja l-qadima u ftit bini tal-bdiewa fil-kampanja tal-madwar.
Knejjes
L-aktar evidenza antika għall-knisja ta’ San Ġiljan kienet iz-żjara ta’ l-Isqof Tommaso Gargallo fl-1601. Jingħad li l-Knisja nbniet fl-1580 u kienet iddedikata lil San Ġiljan. Fl-1736, meta Monsinjur Alpheran de Bussan rega’ żar San Ġiljan, innota li l-lokalità kienet diġà magħrufa bhala “Portus Sancti Juliani” li tfisser “wara l-qaddis patrun”, evidenza illi l-isem medjevali ta’ qabel “Qaliet Gnien il-Fieres” kien twarrab fil-ġenb.
Fl-1854, is-600 resident li dak iż-żmien kienu jgħixu f’din il-lokalità, ressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet tal-Knisja bil-għan li San Ġiljan isir parroċċa; ħaġa li ġabet oġġezzjoni kbira minn Birkirkara, tant li t-talba tal-Ġiljanizi ġiet imwarrba. B’danakollu, 37 sena wara, jiġifieri fl-1891, reġgħet saret applikazzjoni oħra, fejn din id-darba ġiet aċċettata.
Festa reliġjuża
F’San Ġiljan tiġi ċċelebrata l-festa tal-Patrun Qaddis tagħhom li jġib l-istess isem ta’ din il-lokalità – San Ġiljan. Il-festa tiġi ċċelebrata kull sena fl-aħħar Ħadd ta’ Awissu. Din is-sena fil-fatt se tiġi ċċelebrata fil-31 ta’ Awissu 2008.
Popolazzjoni
Il-popolazzjoni ta’ San Ġiljan illum hija ta’ 7,867; filwaqt li votanti reġistrati sa Ottubru 2007, huma 5,880.
Tagħrif importanti
| Ċentru Laburista San Ġiljan | |||
| Indirizz: | 2, Triq San Ġorġ, San Ġiljan | ||
| Tel: | 21383347, 21339961 | ||
| Fax: | |||
| Kunsill Lokali San Ġiljan | |||
| Indirizz: | Triq Forrest, San Giljan, STJ 2033 | ||
| Tel: |
21373111 | ||
| Fax: | 21373444 | ||
| e-mail: | sangiljan.lc@gov.mt | ||
| Sit elettroniku: |









