Pembroke
Pembroke hija waħda mill-aktar bliet moderni ta’ Malta, qrib San Ġiljan kif ukoll ta’ Paceville, il-post li fih jiddevertu l-aktar ħafna miż-żagħżagħ. Il-lokalita’ hija msemmija għal Robert Henry Herbert, it-tnax il-Konti ta’ Pembroke, kif ukoll Segretarju tal-Gwerra fl-1859.
Wara li telqu l-Ingliżi, il-Gvern Laburista qassmu fi bċejjeċ ta’ art għal residenzi privati. Huwa post popolari ma l-istudenti, speċjalment fix-xhur tas-sajf.
Knisja
Waqt il-Gwerra, priġunieri tal-gwerra Ġermaniżi bnew kappella zgħira. Iżda wara li ġie żviluppat fit-tmeninijiet, kiber mhux ħażin u nħasset il-ħtieġa li jkollu l-knisja tiegħu. Inbena wkoll iċ-Ċentru Parrokkjali. Pembroke sar parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004.
Popolazzjoni
Il-popolazzjoni ta’ dan il-lokal hija ta’ 2,916, filwaqt li n-numru ta’ votanti skond l-aħħar reġistru elettorali ppublikat f’Ottubru 2007, hawa ta’ 2,124.
Tagħrif importanti
| Ċentru Laburista Pembroke | |||
| Indirizz: | |||
| Tel: | |||
| Fax: | |||
| Kunsill Lokali Pembroke | |||
| Indirizz: | Triq Alamein, Pembroke, PBK 1776 | ||
| Tel: |
21372111 | ||
| Fax: | 21372555 | ||
| e-mail: | pembroke.lc@gov.mt | ||
| Sit elettroniku: | http://www.pembroke.gov.mt/ |









