Gżira
Il-Gżira hija belt fin-naħa tal-Majjistral ta’ Malta, bejn l-Imsida u Tas-Sliema. Dan il-lokal huwa msemmi wara l-gżira Manoel li tmiss ma din il-belt. Hija l-aktar magħrufa għall-“Yatch Marina”, kif ukoll għal numru ta’ ambaxxati barranin. Mill-Gżira wieħed jista’ jara veduta sabiħa tal-belt Valletta, l-aktar matul il-lejl, bid-dwal mixgħulin.
Knisja
Il-knisja parrokkjali tal-Gżira hija magħrufa lokalment bħala “tal-Ġebla“. Dan ġara wara fatt kurjuż, fejn xi baħrin xurbana bdew jitfgħu l-ġebel, u waħda minn dawn baqgħet imwaħħla bejn il-ħġieġ u xbieha tal-Madonna tal-Karmnu f’niċċa li kien hemm ma din id-dar. Dan l-inċident wassal sabiex tinbena kappella msejjħa Madonna tal-Ġebla. Fl-1921, il-Gżira saret parroċċa w inbniet knisja li ħadet post din il-kappella. Il-Knisja parrokkjali hija ddedkata lill-Madonna tal-Karmnu.
It-tieni kappillan fl-istorja tal-parroċċa tal-Gżira kien il-mibki Dun Karlu Manché, meqjuż mill-Gżirjani bħala qaddis.
Festa reliġjuża
Il-festa ad unur il-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata fix-xahar ta’ Lulju.
Popolazzjoni
Il-popolazzjoni ta’ dan il-lokal hija ta’ 7,090, filwaqt li n-numru ta’ votanti skond l-aħħar reġistru elettorali ppublikat f’Ottubru 2007, hawa ta’ 5,447.
Tagħrif importanti
| Ċentru Laburista Gżira | |||
| Indirizz: | 11, Triq Cameron | ||
| Tel: | 21334206, 21314477 | ||
| Fax: | |||
| Kunsill Lokali Gżira | |||
| Indirizz: | 283/1 Rue d`Argens, Gzira, GZR 1364 | ||
| Tel: |
21341034 | ||
| Fax: | 21341616 | ||
| e-mail: | gzira.lc@gov.mt | ||
| Sit elettroniku: | http://www.gzira.gov.mt |









