Sliema

 

sliema.jpg

Tas-Sliema hija belt fil-kosta tat-tramuntana ta’ Malta u hija ċentru ewlieni kummerċjali, magħrufa għar-ristoranti u kafetteriji mill-isbaħ. Tas-Sliema hija wkoll belt residenzjali; filwaqt li fiha bosta lukandi mill-aqwa. Ta’ min isemmi li Tas-Sliema fl-imgħoddi kien villaġġ tas-sajjieda.

Knejjes

F’Tas-Sliema hemm għadd ta’ parroċċi fosthom dik iddedikata lil Ġesù Nazzarenu u tliet parroċċi oħra ddedikati lill- Madonna. Dawn huma ta’ Stella Maris, li hija l-eqdem knisja f’Tas-Sliema; il-parroċċa tas-Sacro Cuor u l-parroċċa tal-Karmnu. Hemm ukoll il-parroċċa ddedikata lil San Girgor.

Festi reliġjużi

Din is-sena l-festi f’Tas-Sliema se jkunu qegħdin jigu ċċelebrati kif gej:-

7 ta’ Marzu 2008 - Nazzarenu
6 ta’ Lulju 2008 – Sacro Cuor
27 ta’ Lulju 2008 – Tal-Karmnu
24 ta’ Awissu 2008 – Stella Maris
7 ta’ Settembru 2008 – San Girgor

Popolazzjoni

Il-popolazzjoni f’din il-belt hija ta’ 14,963, waqt li votanti reġistrati sa Ottubru 2007, huma 10,530.

Festa reliġjuża

F’San Ġiljan tiġi ċċelebrata l-festa tal-Patrun Qaddis tagħhom li jġib l-istess isem ta’ din il-lokalità – San Ġiljan. Il-festa tiġi ċċelebrata kull sena fl-aħħar Ħadd ta’ Awissu. Din is-sena fil-fatt se tiġi ċċelebrata fil-31 ta’ Awissu 2008.

Popolazzjoni

Il-popolazzjoni ta’ San Ġiljan illum hija ta’ 7,867; filwaqt li votanti reġistrati sa Ottubru 2007, huma 5,880.

Tagħrif importanti


Ċentru Laburista Sliema    
Indirizz: 3, St. Vincent Street, Sliema  
Tel: 21346046, 21332926  
Fax:    

   

Kunsill Lokali Sliema  
Indirizz: Triq Depiro, Sliema, SLM 2037  
Tel:
21337633  
Fax: 21345333  
e-mail: sliema.lc@gov.mt  
Sit elettroniku: http://www.sliema-malta.com  
Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis
Print This Page