Ħaż-Żabbar
Ħaż-Żabbar jew Żabbar huwa l-ħames l-akbar lokalita’ f’Malta. Il-Lokal huwa wkoll imsejjah Citta’ Hompesch, wara l-aħħar Gran Mastru ta’ l-Ordni tal-Kavillieri, Ferdinand von Hompesch. Għalkemm Ħaż-Żabbar kiber ħafna, ċ-ċentru l-antik bil-pjazza u sqaqien huma karatteristiċi ta’ villaġġ Malti.
Knisja
Ħaż-Żabbar huwa devot ħafna lejn il-Madonna tal-Grazzja, li tagħha huwa ddedkat is-Santwarju. Din il-belt saret parroċċa fl-1615.
Fil-Mużew tas-Santwarju nsibu kollezzjoni sabiħa ta’ pitturi, li tgħaqqad l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann mall-Knisja Kattolika, fosthom waħda ta’ Mattia Preti.
Festa reliġjuża
Il-festa tal-Madonna tal-Grazzja tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd wara t-8 ta’ Settembru li din is-sena se tinżamm fl-14 ta’ Settembru. Minħabba li l-Madonna tal-Grazzja hija l-patruna taċ-ċiklisti, qabel il-festa jinżamm pellegrinaġġ bir-roti u l-muturi li jibda mill-Mosta u r-Rabat rispettivament.
Popolazzjoni
Il-popolazzjoni ta’ dan il-lokal hija ta’ 14,671, filwaqt li n-numru ta’ votanti skond l-aħħar reġistru elettorali ppublikat f’Ottubru 2007, hawa ta’ 11,571.
Tagħrif importanti
| Ċentru Laburista Żabbar | |||
| Indirizz: | 216, Triq il-Kbira, Zabbar | ||
| Tel: | 21822828, 21666527, 21665538 | ||
| Fax: | |||
| Kunsill Lokali Żabbar | |||
| Indirizz: | Ċentru Ċiviku , Triq ic-Cawsli, Zabbar, ZBR 1322 | ||
| Tel: |
21664466 | ||
| Fax: | 21675567 | ||
| e-mail: | zabbar.lc@gov.mt | ||
| Sit elettroniku: |









