Isla

 

isla.jpg

L-Isla, magħrufa ukoll bħala Citta’ Invicta, jew aħjar belt qatt mirbuħa, b’referenza għall-Assedju l-Kbir ta’ l-1565. Isem ukoll attribwit għal din il-belt huwa Senglea, wara l-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann, Claude De La Sengle. Hija waħda mit-tliet ibliet tal-Kottonera, flimkien mal-Birgu u Bormla.

Knejjes

Il-knisja parrokkjali ta’ l-Isla hija ddedikata lit-twelid tal-Verġni Marija u x’aktarx inbniet mill-arkitett Vittorio Cassar fl-1580 bħala monument għar-rebħa fl-Assedju l-Kbir tal-1565. L-Isla saret parroċċa fl-1581 u ġiet ikkonsagrata fl-1743.
Dan il-lokal huwa wkoll magħruf għall-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur li jinsab fl-oratorju tal-bażilika.

Festi reliġjużi

Il-festa ta’ Marija Bambina tiġi ċċelebrata fit-8 ta’ Settembru, magħruf ukoll bħala Jum il-Vitorja.

Popolazzjoni

Il-popolazzjoni ta’ dan il-lokal hija ta’ 3,074, filwaqt li n-numru ta’ votanti skond l-aħħar reġistru elettorali ppublikat f’Ottubru 2007, huwa ta’ 2,439.

Tagħrif importanti


Ċentru Laburista Isla    
Indirizz: 201/203 Victory Street, Senglea  
Tel: 21807155
 
Fax:    

   

Kunsill Lokali Isla  
Indirizz: 2, Triq San Ġuzepp, Senglea, ISL 1229  
Tel:
21662424  
Fax: 21662566  
e-mail: isla.lc@gov.mt  
Sit elettroniku: http://www.islalocalcouncil.com  
Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis
Print This Page