Bormla
Bormla, magħrufa ukoll bħala Citta’ Cospicua, tinsab bejn il-bliet tal-Birgu u l-Isla, hija l-akbar waħda mit-tlitt ibliet tal-Kottonera.
Sa minn sekli ilu, minħabba l-port naturali, Bormla hija magħrufa għat-Tarzna.
It-tim tas-St. George’s F.C. huwa l-eqdem wieħed f’Malta u ilu ffurmat sa mill-1885, għalkemm uffiċjalment reġistrat fl-1890.
Knisja
Bormla ilha parroċċa sa mill-1586 u l-knisja hija ddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni. Id-devozzjoni lejn il-Kunċizzjoni hija mxerrda sewwa fost il-Bormliżi. Hemm ukoll knejjes oħra u kappelli mxerdin mal-lokalita’ kollha.
Festa reliġjuża
Bormla tiċċelebra l-festa tagħha fit-8 ta’ Diċembru, festa pubblika, ad unur l-Immakulata Kunċizzjoni.
Popolazzjoni
Il-popolazzjoni ta’ dan il-lokal hija ta’ 5,657, filwaqt li n-numru ta’ votanti skond l-aħħar reġistru elettorali ppublikat f’Ottubru 2007, hawa ta’ 4,427.
Tagħrif importanti
| Ċentru Laburista Bormla | |||
| Indirizz: | Bull Street, Bormla | ||
| Tel: | 21823571, 21827803 |
||
| Fax: | |||
| Kunsill Lokali Bormla | |||
| Indirizz: | The Rest - 2A, Misraħ Santa Margerita, Bormla, BML 1202 | ||
| Tel: |
21663030 | ||
| Fax: | 21672222 | ||
| e-mail: | bormla.lc@gov.mt | ||
| Sit elettroniku: | http://www.bormla.gov.mt |









