Fiex Jemmen

 

  • li l-politika hija qabel kollox SERVIZZ, u għalhekk jintrabat miegħek li l-vot tiegħek jagħtik rendikont kif jużah;

  • li l-ĠUSTIZZJA hija l-qofol ta’ kull ideal, u għalhekk jintrabat miegħek li mill-Parlament jisħaq fuq it-tisħiħ tal-welfare state u l-benefiċċji li jmorru miegħu;

  • li l-EDUKAZZJONI hija s-sors ta’ kull ġid, u għalhekk jintrabat miegħek li l-vot tiegħek isarrfu f’aktar inizjattivi favur edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd;

  • li l-FAMILJA hija l-għerq tas-soċjetà, u għalhekk jintrabat miegħek li jisħaq biex ikun hemm miżuri effiċjenti li jħarsu l-familja, kemm jekk tradizzjonali, kif ukoll dik alternattiva;

  • li s-SUĊĊESS huwa x-xewqa ta’ kull individwu, u għalhekk jintrabat miegħek li jisma’ xewqatek u jgħinek tasal biex tkun tista’ twettaqhom u tikseb is-suċċess li jistħoqqlok, int fejn int u int min int fis-soċjetà.

MICHAEL FALZON, ir-rabta tiegħu …. miegħek!

.  

Iż-żewġ dokumenti ta’ Viżjoni: 

Biex tkun tista’ taqraha għandek bżonn Acrobat Reader. Jekk m’għandekx installat fuq il-kompjuter tista’ tniżżlu, mingħajr ħlas, minn http://www.adobe.com/products/acrobat/readstep2.html.

Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis
Print This Page