19th Jan, 2010

Stqarrija: Ringrazzjament għall-ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’risq il-vittmi tat-terromot f’Haiti

 

Press Release

Stqarrija għall-Istampa maħruġa minn Dr Michael Falzon, Kelliem Ewlieni għall-Intern u s-Sigurtà

Ringrazzjament għall-ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili b’risq il-vittmi tat-terromot f’Haiti

Il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Intern u s-Sigurtà Dr Michael Falzon feraħ u rringrazzja lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li f’dawn l-aħħar jiem ħadmu bis-sħiħ biex ikunu ta’ għajnuna biex jintbagħtu containers bl-affarijiet essenzjali lejn Haiti, li ftit tal-jiem ilu ntlaqat minn terremot li qed jingħad ħalla mal-mitejn elf ruħ mejta.

Dr Falzon qal li ta’ min ifaħħar ukoll il-ġest tal-poplu Malti u Għawdxi li wieġeb bi ħġaru għas-sejħa għall-għajnuna għal persuni milquta minn dan it-terromot.

Filwaqt li mill-ġdid irringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-ħidma kontinwa tiegħu, Dr Falzon ħeġġeġ għal aktar ħidma u għajnuna favur kull min jispiċċa vittma ta’ diżastru naturali, bħal dak li seħħ f’Haiti.

Dr Michael Falzon LL.D., A.C.I.B., M.P.
Kelliem Ewlieni Laburista għall-Intern u s-Sigurtà

Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis

 

Print This Post

Leave a response

 

Your response: