13th Jan, 2010

Stqarrija: Suċċess ieħor mill-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

 

Press Release

Stqarrija għall-Istampa maħruġa minn Dr Michael Falzon, Kelliem Ewlieni għall-Intern u s-Sigurtà

Suċċess ieħor mill-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

Il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Intern u s-Sigurtà, Dr Michael Falzon f’isem il-Partit Laburista jifraħ lill-Korp tal-Pulizija għas-suċċess li għamlu l-bieraħ meta rnexxielhom isibu numru konsiderevoli ta’ droga ecstasy u fl-istess ħin jarrestaw persuni li allegatament kienu nvoluti f’dan it-traffikar.

Bla dubju ta’ xejn dan is-suċċess huwa ta’ sodisfazzjon, aktar u aktar meta sar f’qasam tant miġġieled mill-Korp, dak tat-traffikar tad-droga.

Filwaqt li ringrazzjament imur għall-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma li jwettqu ta’ kuljum, Dr Falzon jinsisti illi l-Pulizija għandu jkollhom l-aħjar kundizzjonijiet u mezzi, biex permezz ta’ hekk ikun jistgħu jaqdu dmirhom aħjar, fl-aħjar interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Dr Michael Falzon LL.D., A.C.I.B., M.P.
Kelliem Ewlieni Laburista għall-Intern u s-Sigurtà

Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis

 

Print This Post

Leave a response

 

Your response: