7th Nov, 2009

Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Għaqda Piroteknika Maltija

 

Reazzjoni ta’ l-Għaqda Piroteknika Maltija ghall-programm Xarabank tal-bierah

Il-programm Xarabank tal-bierah jaghti ragun lill-Ghaqda Piroteknika Maltija.

Kull min il-bierah ra l-programm Xarabank, seta’ jiggudika ghalih innifsu jekk dan fil-fatt, kienx wiehed bilancjat versu l-arti Piroteknika Maltija.

Jintqal bla tlaqlieq ta’ xejn li s-Sur James Catania kien qed jigdeb sfaccatament meta nsinwa li huwa xi darba kien tkellem ma’ xi membri tal-kumitat ta’ l-Ghaqda Piroteknika Maltija u dawn b’xi mod urew illi ma riedux jitkellmu mieghu. Ghal kuntrarju, sal-bierah stess fl-istess gurnata li xxandar il-programm innifsu, ghaddiet korripondenza bejn is-Sur James Catania u l-Konsulent Legali ta’ l-Ghaqda Piroteknika Maltija fejn l-istess Sur Catania gie nfurmat illi l-proposti tieghu se jitressqu fl-ewwel laqgha li jmiss tal-kumitat ta’ l-Ghaqda Piroteknika Maltija.

Din il-korrispondenza hija ghad-dispozizzjoni ta’ kull min jixtieqha. Dak li qal is-Sur Catania hu gideb sfaccat.

L-istess mhux minnu illi l-hoss tal-murtali f’distanza ta’ erba’ mitt metru, kif allegat fil-programm, ilahhqu l-livelli tal-hoss allegati fl-istess programm. Tant dan mhux minnu illi l-Professur Alec Lapira qghad ferm attent li bl-ebda mod ma jikkometti ruhu li l-livelli msemmija fil-programm kienu fil-fatt jintlahqu mill-murtali f’dawk id-distanzi msemmija u dejjem qal  “….hsejjes ta’ dak il-livell setghu jikkawzaw” il-hsara li beda jindika.

Qatt izda l-Professur Lapira ma qal li dak il-livell ta’ hoss jintlahaq mill-murtali fid-distanza msemmija fil-programm.

L-inqas sens ta’ etika kien jitlob li gideb bhal tas-Sur Catania u kummenti ohrajn fil-konfront ta’ persuni mhux prezenti, kellhom jitwaqqfu mill-prezentatur, aktar u aktar meta wiehed iqis illi dan kien programm li ilu li gie rrekordjat.

Illum forsi wiehed jifhem ahjar ghalfejn is-Sur Fabian Demicoli baqa’ qatt ma rrisponda d-diversi telefonati tas-segretarju ta’ l-Ghaqda meta l-istess segretarju cempel sabiex jikkonferma l-partecipazzjoni ta’ l-Ghaqda Piroteknika Maltija fl-istess programm.

Kif ixxandar il-programm tal-bierah serva biss ta’ attentat biex issir hsara lill-arti Piroteknika Maltija. Ghal darba ohra l-Ghaqda tistieden lil kulhadd biex jiggudika hu x’hini l-verita’.

Dr Michael Falzon LL.D., A.C.I.B., M.P.,
Konsulent Legali
Għaqda Piroteknika Maltija

Bookmark with:
  • Digg
  • del.icio.us
  • Facebook
  • Google
  • E-mail this story to a friend!
  • Live
  • StumbleUpon
  • Technorati
  • TwitThis

 

Print This Post

Leave a response

 

Your response: